Sunday, November 24, 2024

Andreas Christensen fil-mira ta’ Barcelona u AC Milan

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Chelsea Andreas Christensen qed jitqies bħala mira ta’ trasferiment għal Barcelona u AC Milan.

Minkejja talbiet persistenti li d-difensur ċentrali jinsab viċin li jestendi l-kuntratt tiegħu wara l-2022, l-internazzjonali Daniż issa fadallu inqas minn seba’ xhur fil-kuntratt tiegħu.

Il-manager Thomas Tuchel irrikonoxxa l-frustrazzjoni tiegħu bis-sitwazzjoni, u dan jidher li wassal biex il-player ta’ 25 sena jqatta’ żmien barra mit-team fl-aħħar ġimgħat.

Huwa mifhum li Barcelona u Milan lesti jieħdu vantaġġ jekk sal-aħħar tas-sena ma jkunux ġew iffinalizzati termini ġodda.

Filwaqt li Barcelona ma jaffordjawx li jiffirmaw lil Christensen f’Jannar, huma ħerqana fuq free transfer u jaqbżu ċ-ċans li jżommu diskussjonijiet dwar ftehim ta’ qabel il-kuntratt.

Intant, Milan jistgħu javviċinaw lill-player hekk kif qed ifittxu li jsibu sostitut għal Simon Kjaer, li qed jirkupra minn injury fit-tul.

Sport