Thursday, December 26, 2024

Andreas Christensen jilħaq ftehim verbali ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Andreas Christensen, qabel verbalment li jingħaqad ma’ Barcelona.

Il-kuntratt tal-internazzjonali Daniż fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat.

Chelsea kienu diġà aċċettaw li d-difensur ċentrali mhux se jkun qed jiffirma estensjoni, u ħallewh liberu li jingħaqad ma’ club ieħor qabel l-istaġun 2022-23.

Bayern Munich ilhom marbuta mal-player ta’ 25 sena, iżda, Barcelona qed jersqu dejjem aktar lejn l-akkwist tad-Daniż.

Huwa mifhum li Christensen diġà qabel verbalment li jmur jilgħab fil-Camp Nou bi free transfer, bid-difensur mistenni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin mat-team immexxi minn Xavi.

Christensen kien player regolari għat-team ta’ Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, u għamel 26 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja żewġ goals u rreġistra assist wieħed fil-proċess.

Barcelona qed ikomplu jkunu marbuta ħafna wkoll ma’ Cesar Azpilicueta ta’ Chelsea, li se jkun disponibbli bi free transfer fi tmiem l-istaġun.

Ekonomija

Sport