Sunday, December 22, 2024

Andreas Christensen jingħaqad ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona kkonfermaw li ffinalizzaw il-free transfer tad-difensur, Andreas Christensen.

Għal numru ta’ xhur, intqal li l-ex player ta’ Chelsea kien aċċetta li jmur jilgħab fil-Camp Nou malli jiskadi l-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge.

Madankollu, minkejja li ma kien involut l-ebda ħlas ta’ trasferiment, il-ġganti Katalani ġew mitluba jtaffu l-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom qabel ma jikkonfermaw uffiċjalment l-akkwist tal-player internazzjonali Daniż.

Ekonomija

Sport