Friday, December 13, 2024

Andreas Christensen qed jagħlaq kuntratt ġdid ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Chelsea, Andreas Christensen qed jagħlaq kuntratt ġdid li jiswa £120,000 fil-ġimgħa fil-kapitali Ingliża.

Il-player internazzjonali tad-Danimarka ngħata nifs ġdid taħt Thomas Tuchel fi Stamford Bridge u kien prominenti fit-triq lejn ir-rebħ taċ-Champions League fl-istaġun li għadda.

Madankollu, il-ftehim attwali ta’ Christensen ma’ Chelsea għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun kurrenti, iżda d-difensur ċentrali qabel ta x’jifhem li kien qed jittama li jtawwal l-esperjenza tiegħu fil-Punent ta’ Londra.

Issa, huwa mifhum li sar progress fin-negozjati, u Christensen jinsab viċin li jiffirma ftehim ġdid b’salarju ta’ sitt figuri fil-ġimgħa.

Il-Blues inizjalment kellhom l-għan li jnaqqsu l-paga kurrenti ta’ £78k ta’ Christensen fil-ġimgħa, iżda l-wirjiet mtejba tiegħu taħt Tuchel ikkonvinċew lill-club biex joffrilu ftehim aktar ta’ qligħ.

Christensen huwa prodott tal-akkdemja ta’ Chelsea meta ngħaqad magħhom bħala żagħżugħ ta’ 16-il sena fl-2012, u kien semi-finalista f’Euro 2020 u issa għamel 133 dehra għall-Blues iżda xorta qed jistenna l-ewwel goal tiegħu.

Ekonomija

Sport