Andreas Christensen qabel li jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Chelsea.
Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena kien meqjus bħala player ewlieni fi Stamford Bridge mill-wasla ta’ Thomas Tuchel fil-bidu tal-2021.
Madankollu, minkejja li għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha matul dak il-perjodu, Christensen ma estendiex il-ftehim attwali tiegħu wara t-tmiem ta’ dan l-istaġun.
Dan dalwaqt se jinbidel biż-żewġ naħat jaslu għal ftehim fuq termini ġodda.
Huw mifhum li għandu jsir avviż uffiċjali fiż-żmien dovut bi Christensen jevita l-interess minn żewġ clubs oħra.
Waqt li kien fuq impenji internazzjonali mad-Danimarka, id-difensur ċentrali ta x’jifhem li x’aktarx jiffirma kuntratt ġdid fi Stamford Bridge.