Andrew Cohen ħalla l-kariga ta’ coach ta’ Gzira United wara li t-tim naqas milli jikseb post mat-Top 6 tal-Opening Round tat-360 Sports Malta Premier.
Cohen kien ingħaqad mal-Maroons bħala plejer f’Jannar tal-2017 u eventwalment inħatar assistent kowċ. Wara t-tluq tal-kowċ Darren Abdilla f’Jannar li għadda, Cohen ħa l-kariga ta’ kowċ.
Il-Ħamis li għadda f’partita deċiżiva kontra Hamrun Spartans, Gzira kienu ftit minuti ‘l bogħod milli jassiguraw post mat-Top 6 iżda zewg goals tard fil-partita taw rebħa ta’ 2-1 lill-Ispartans.