Balzan FC ħabbru li Andrew Cohen inħatar bħala kowċ tagħhom. Cohen, li qabel dwar kuntratt ta’ 18-il xahar mal-klabb ħa post Daryl Willard li ħalla l-kariga.
Willard, li kien ingħaqad mal-klabb bħala assistant coach fis-sajf, kien ħa f’idejh bħala kowċ provviżorju wara d-deċiżjoni ta’ Dave Rogers li jwarrab u eventwalment ħa l-pożizzjoni ta’ Head Coach tal-Ewwel Tim ix-xahar li għadda.
Andrew Cohen kien beda l-karriera tiegħu fil-kowċing bħala assistant coach ta’ Gzira United, u ħa l-kariga ta’ kowċ f’Jannar 2024. Madankollu kein telaq minn din il-kariga f’Novembru li għadda.