Monday, May 13, 2024

Andrew Tate u ħuh se jinżammu arrestati fir-Rumanija

Aqra wkoll

Wara mandat ta’ arrest maħruġa mir-Renju Unit, wieħed mill-personalitajiet, magħruf bħala Andrew Tate, flimken ma’ ħuħ se jinżammu arrestati fir-Rumanija. Dan fuq akkużi li jmorru lura għal għaxar snin ilu.

L-aħwa Tate ingħataw mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster f’Londra u investigazzjoni oħra li għadha pendenti.

Andrew, 37, u Tristan, 35 qed jiċħdu kull allegazzjoni kontrihom. Ir-rappreżentanti tagħhom qalu li huma “komessi bis-sħiħ li jikkontestaw dawn l-akkużi b’determinazzjoni.”

Dan filwaqt, li erba’ nisa qegħdin jakkużaw lil Tate bi stupru u attakk sesswali.

L-aħwa qed jiffaċċjaw akkużi ta’ stupru u traffikar tal-bnedmin fir-Rumanija, fejn jgħixu, u qabel kienu l-ħabs u aktar tard taħt arrest fid-dar minn meta nżammu arrestati f’Diċembru 2022.

Sport