Thursday, December 26, 2024

Andriy Shevchenko imħasseb fuq il-familji maqbudin fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Andriy Shevchenko fisser il-qerda ta’ qtigħ il-qalb fl-Ukrajna b’riżultat tal-gwerra u kkonferma li wħud mill-familja tiegħu għadhom mwaħħlin fil-pajjiż.

Ir-Russja nvadiet l-Ukrajna ftit aktar minn ħmistax ilu, u ġabet qerda fil-pajjiż hekk kif tankijiet u suldati daħlu, immexxija minn baraġġ ta’ missili u rockets.

L-eks coach ta’ Genoa u l-Ukrajna li lagħab ma’ Milan u Chelsea, tkellem ċar ħafna dwar is-suġ­ġett, u regolarment jipprovdi aġġornamenti dwar pajjiżu u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-kompatrijotti tiegħu.

Waqt li tkellem mal-midja Taljana, Shevchenko fisser l-qerda kkawżata mill-isforz tal-gwerra Russa u l-periklu għal ommu u oħtu.

“Kien hemm ħafna battalji. Ommi u oħti ospitaw xi nies li marru joqogħdu magħhom għax kienu f’kundizzjonijiet ħżiena. F’Bucha m’hemmx ikel, l-ebda elettriku. Huma l-ħbieb ta’ oħti u ilhom ħamest ijiem jgħixu taħt l-art f’kantina.

“Kien hemm bumbardamenti terribbli f’dik iż-żona. Bucha u l-bliet ġirien ta’ Irpin u Hostomel, naf dawn il-bliet sew u ġew meqruda għal kollox. Ma fadalx bini. Kont immur Bucha biex nitħarreġ meta kont player żagħżugħ. Hija tassew terribbli.

Shevchenko, 45 sena, kien l-aktar reċentement il-coach ewlieni ta’ Genoa, u ssorvelja 11-il partita fil-kapitali tal-Ligurja qabel ma tkeċċa lura f’Jannar.

L-eks coach tal-Ukrajna mexxa lit-team ta’ paj­jiżu sal-kwarti-finali tal-Kampjonati Ewropej fis-sajf li għadda, fejn ġew eliminati mill-Ingilterra b’telfa ta’ 4-0 fl-Olimpico ta’ Ruma.

Ekonomija

Sport