Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Bosnja Ħerżegovina qed jaħsbu sabiex jaħtru lil Andriy Shevchenko bħala l-kowċ nazzjonali wara li dak ta’ qabel Faruk Hadzibegic ħalla din il-kariga.
Shevchenko, magħruf ferm fi żmien meta kien jilgħab bħala skorer prolifiku, kien jikkowċja lit-tim nazzjonali tal-Ukrajna kif ukoll lil Genoa fis-serie A Taljana.
Bożnja jinsabu rrankjati fil-61 post tal-FIFA filwaqt li għadhom ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra s-Slovakkja, il-Portugall u l-Lussemburgu.