Saturday, December 21, 2024

Andry Rajoelina elett mill-ġdid President tal-Madagascar

Aqra wkoll

Il-President attwali tal-Madagascar Andry Rajoelina rebaħ it-tielet mandat tiegħu f’elezzjoni li kienet ibbojkottjata mll-oppożizzjoni u l-partitarji tagħha.

Rajoelina kiseb 59% tal-voti biex għeleb l-isfida tal-eqreb żewġ rivali tiegħu, l-eks President Marc Ravalomanana u Siteny Randrianasoloniaiko. 

It-turnout f’din l-elezzjoni kien dak ta’ 46%, li huwa meqjus bħala l-iktar wieħed baxx fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. Din il-parteċipazzjoni baxxa fl-elezzjoni segwiet is-sejħiet għal bojkott tal-votazzjoni minn 10 kandidati presidenzjali.

Il-Qorti Kostituzzjonali Għolja tal-pajjiż għandha l-mandat li tħabbar ir-riżultati finali fi żmien disat ijiem wara li jkunu mħabbra r-riżultati proviżorji.

Ekonomija

Sport