Wednesday, May 21, 2025

Andy Borg u Benji Mangion jispikkaw f’kompetizzjonijiet lokali tal-golf

Aqra wkoll

Andy Borg u Benji Mangion rebħu l-unuri prinċipali f’żewġ turnaments li ġew organizzati mir-Royal Malta Golf Club fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Borg kiseb suċċess fil-Laferla Club Championship meta spiċċa fl-ewwel post quddiem l-isfida iebsa li tah il-golfer żagħżugħ Aleks Vagimov. Min-naħa l-oħra, Laurens Schulze Doering temm il-parteċipazzjoni tiegħu fit-tielet post.

Min-naħa l-oħra, Mangion kien ferm preċiż u konsistenti fil-logħob tiegħu tant li rebaħ is-Centenary Plate wara li għeleb l-isfida ta’ Eugene Cranley u Rayan Husi Bey li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien ikkaraterizzat minn temp instabbli speċjalment il-Ġimgħa u s-Sibt li kien mimli riħ għalkemm l-aħħar ġurnata ħarġet ġurnata mill-isbaħ.

Fi tmiem din il-kompetizzjoni, il-captain tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies fil-preżenza ta’ wieħed mid-diretturi ta’ Laferla Insurance Keith Laferla ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport