It-tennista Andy Murray ġie eliminat mit-turnament indoor tal-ATP li qed isir fl-Iżvizzera wara li tilef iż-żewġ sets li lagħab kontra Roberto Bautista Agut.
Murray tilef 6-3, 6-2 kontra t-tennista Spanjol li kien ferm motivat tul il-partita kollha. Issa fil-kwarti tal-finali Bautista se jkun qed jaffaċċja lil Brandon Nakashima jew Stan Wawrinka li se jkunu qed jilagħbu aktar tard illum.