L-attakkant Arġentin, Angel di Maria, 35 sena, ingħaqad ma’ Benfica għat-tieni darba fil-karriera tiegħu. Huwa lagħab mal-club Portugiż bejn l-2007 u l-2010 meta wasal għall-ewwel darba fl-Ewropa minn Rosario f’pajjiżu l-Arġentina.
Huwa qatta’ l-istaġun li għadda ma’ Juventus wara seba’ snin mal-ġganti Franċiżi, Paris St-Germain wara li lagħab ukoll ma’ Manchester United. Di Maria rebaħ id-double ta’ kampjonat u Tazza Portugiża fl-aħħar staġun tiegħu ma’ Benfica qabel ma mar ma’ Real Madrid.
“Merħba d-dar, Di Maria,” qal il-club f’filmat li ħabbar it-trasferiment tiegħu, li huwa rrappurtat li huwa ftehim għal sena. Huwa se jingħaqad mal-kompatrijott u ħabib qrib, Nicolas Otamendi, li miegħu rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, is-sena l-oħra.