Saturday, April 26, 2025

Angel Di Maria ma’ Rosario Central?

Aqra wkoll

Wara żewġ staġuni pożittivi ma’ Benfica, Angel Di María jidher lest li jsellem lill-klabb li tah iċ-ċans jilgħab fl-Ewropa. Skont xnigħat mill-istampa Portugiża, l-Arġentin mhux se ġġedded il-kuntratt tiegħu li jiskadi fil-ġimgħat li ġejjin u l-klabb ta’ Lisbona diġà beda jippjana għall-futur mingħajru.

Minkejja prestazzjoni aktar minn sodisfaċenti – 32 gowl u 20 assist f’żewġ staġuni, b’titlu nazzjonali mirbuħ fl-2023 u League Cup, Di María spiss kellu jieqaf bi problemi fiżiċi, speċjalment fl-aħħar xhur.

Għall-eks plejer ta’ Real Madrid, Manchester United, PSG u Juventus, ritorn fl-Arġentina biex itemm il-karriera tiegħu jinsab ferm viċin

Fl-aħħar sigħat, il-kowċ ta’ Rosario Central Ariel Holan qal li l-klabb qed jagħmel dak kollu possibbli biex ikollu lura lil Di María. Hu qal li kull kowċ jixtieq li jkollu plejer tal-livell tiegħu.

Di Maria kien diġà kien qrib il-klabb Arġentin fis-sajf tal-2023, iżda mbagħad spiċċa aċċetta l-proposta ta’ Benfica.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport