Hekk kif l-attakkant ta’ Juventus Angel di Maria ma ġiex imsejjaħ mill-kowċ Massimiliano Allegri għal-logħba barra minn darhom kontra Bologna, kibru aktar l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ El Fideo kif inhu magħruf.
Għalkemm hu veru li l-plejer Arġentin weġġa’ xi ftit irkupptejh waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tas-Sibt filgħodu, hu veru wkoll li l-istaġun tiegħu kien wisq imqalleb b’wirjiet impekkabbli għal oħrajn fejn diżappuntanti u anke tkeċċijiet waqt il-logħba.
Di Maria se jkun qed ikellem lir-rappreżentant tiegħu sabiex jaraw it-triq ‘il quddiem.