L-attriċi Angelina Jolie ressqet dokumenti quddiem il-qorti li fihom qiegħda tallega li l-eks raġel tagħha Brad Pitt kien attakka lilha u lil uliedhom meta kien fis-sakra waqt titjira privata, każ li kien wassal biex hija tibda l-proċeduri ta’ divorzju.
Jolie qiegħda tallega li l-każ seħħ lura fl-2016 waqt titjira bejn Franza u Los Angeles. Hija qalet li dakinhar Pitt qabadha minn rasha u heżżiżha kif ukoll attakka lil żewġt itfal tiegħu filwaqt li offendiehom verbalment u anke telfa’ alkoħol lejhom. Pitt qiegħed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.
Sorsi qrib l-attur li tkellmu ma’ BBC qalu li l-allegazzjonijiet ta’ Jolie huma foloz. Dawn is-sorsi qed jgħidu li Jolie qiegħda tivvinta u thawwad fid-deskrizzjonijiet tagħha ta’ avvenimeti li ġraw sitt snin ilu, u għalhekk skonthom dan ir-rakkont qiegħed dejjem jevolvi.
Dawn id-dettalji ġodda ħarġu f’parti mill-kwistjoni legali li għaddejja bejn l-atturi dwar vinja lin-Nofsinhar ta’ Franza li l-koppja kienu xtraw flimkien. Pitt qiegħed jargumenta li hu u l-eks mara tiegħu kienu qablu li ma jbigħux is-sehem tagħhom mingħajr il-permess ta’ xulxin, filwaqt li Jolie qiegħda tiċħad dan.