Saturday, October 26, 2024

“Anke mill-Oppożizzjoni diġà għamilna d-differenza, diġà għamilna l-ġid”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li jieħu gost li anke mill-Oppożizzjoni diġà għamel il-ġid.

Grech qal li l-aħbar tal-mediċini b’xejn lil dawk il-koppji li jmorru għat-trattament tal-IVF hija wegħda tiegħu u li l-koppji qegħdin jiġu konxji dwar dan.

Grech qal li l-gvern qiegħed iberbaq il-flus u issa wara li tkellem il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li fix-xhur li ġejjin se jkun qiegħed idaħħal il-mediċini fil-formularju. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mhux kulħadd jiflaħ jagħmel l-ispiża biex mbagħad jingħata l-flus lura. Huwa wiegħed li “waħda mill-ewwel azzjonijiet li nieħdu fil-gvern huwa li nħallsu mill-fondi pubbliċi għal trattamenti tal-IVF għall-ġid tan-nies.” 

Sport