Saturday, December 28, 2024

“Anke pajjiż b’popolazzjoni ta’ madwar 500,000 abitant rċieva aktar dożi minna” – Rapporti fil-midja Taljana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont dak li qed jirraporta s-sit tal-aħbarijiet Repubblica, fl-Italja s’issa waslu 9,750 doża tal-vaċċin meta kkumparati mal- 151,125 li waslu fil-Ġermanja u mad-19,500 li waslu fi Franza.

Is-sit Taljan qed jilmenta li skont t-teorija d-dożi kellhom jinqasmu skont il-popolazzjoni iżda anke pajjiż bħalma huwa Malta b’popolazzjoni ta’ madwar 500,000 abitant irċieva aktar doża mill-Italja, li hija ferm u ferm akbar.

L-awtoritajiet Taljani xejn ma niżlilhom tajjeb id-diskors tal-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne li qal li sal-bidu tas-sajf li ġej se jaħdem biex ikunu mlaqqmin tliet kwarti tal-abitanti.

Il-Ministru għas-Saħħa f’pajjiżi akbar minn tagħna bħalma huma l-Ġermanja u l-Italja qed isostnu li biex jirkupraw minn dan it-tqassim ta’ dożi jistennew li fil-ġimgħat li ġejjin jkomplu jirċievu aktar konsenji biex huma wkoll jimxu ’l quddiem fil-proċess tat-tilqim.

Ekonomija

Sport