Femiċidju li xxokkja lill-Italja
Ilbieraħ f’Salernitano li jinsab fin-Nofsinhar tal-Italja seħħ femiċidju li xxokkja lill-komunità kollha.
Anna Tagliaferri ta’ 40 sena li għandha ħanut tal-ħelu fil-belt inqatlet mis-sieħeb tagħha b’daqqiet ta’ sikkina. F’dan il-każ weġġgħet ommha wkoll li hekk kif rat lil bintha tingħata daqqiet ta’ sikkina pprovat tintervjeni bil-konsegwenza li weġġgħet hija wkoll.
Ftit jiem ilu biss, is-Sindku Vincenzo Servalli ta premju lil Tagliaferri b’turija ta’ apprezzament tax-xogħol li tagħmel fil-ħanut tagħha li jinsab fiċ-ċentru storiku tal-belt.

