Hekk kif fadal anqas minn xahrejn ghall-Elezzjonijiet tal-MFA, jidher li t-tim amministrattiv attwali kompost mill-President Bjorn Vassallo u l-Vici-Presidenti Matthew Paris u Adrian Casha mhux se jkollhom problemi sabiex jigu kkonfermati fil-karigi rispettivi tagħhom.
Għalkemm qed jissemmew xi uċuh ġodda u oħrajn li kienu jiffurmaw parti mill-amministrazzjoni tal-Avukat Joe Mifsud, jidher li l-viżjoni ta’ Vassallo u sħabu ħalliet biżżejjed riżultati pożittivi li jnisslu fiduċja fid-delegati sabiex jikkonfermaw it-tmexxija tal-MFA sas-sena 2028.
Minbarra Adrian Casha u Matthew Paris, novitá ġdida fit-tmun tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol matul il-leġislazzjoni li jmiss hija l-ħatra ta’ Viċi-President mara flok il-Perit Ludovico Micallef, li ma jistax jerġa’ jikkontesta minħabba l-etá massima ta’ 70 sena imposta fl-Istatut aġġornat tal-MFA.
Sa minn żmien il-ħatra tiegħu bhala l-president suċċessur ta’ Norman Darmanin Demajo fis-sena 2019, Bjorn Vassallo dejjem saħaq fuq strategija maqsuma fi tnejn – waħda għaż-zmien qasir li tkopri l-ewwel mandat, u oħra b’kontinwazzjoni tagħha bi proġetti long-term sas-sena 2028.