Saturday, October 19, 2024

Ansu Fati segwit minn tliet clubs

Aqra wkoll

Manchester United, Arsenal u Paris St Germain qed isegwu sew il-profil ta’ Ansu Fati li bħalissa jinsab reġistrat ma’ Barcellona. Dawn tal-aħħar ma jixtiqux li jinfirdu minn dan il-plejer li madankollu mhux interessat ikompli jilgħab fil-Camp Nou. 

Fil-verita’ ġaladarba Fati jingħaqad ma’ wieħed minn dawn it-timijiet, se tkun faċilitata l-wasla ta’ Joao Felix li jixtieq jilbes il-flokk Blaugrana.

Id-diriġenti Katalani jridu jħaffu sabiex qabel tmiem dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, jiksbu dak li jixtiequ.

Sport