Sunday, December 22, 2024

Ansu Fati viċin kuntratt ġdid fit-tul ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Ansu Fati huwa viċin li jaqbel dwar kuntratt ġdid fit-tul biex jibqa’ ma’ Barcelona.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena riċentement ġie marbut ma’ tbegħid mill-Camp Nou, b’rapport wieħed jissuġġerixxi li l-attakkant ġie offrut lil uħud mill-aqwa clubs fl-Ewropa inklużi Manchester City u Manchester United.

Madankollu, Fati qal lill-aġent tiegħu Jorge Mendes li jara l-futur tiegħu ma’ Barcelona u issa huwa lest li jiltaqa’ mal-ġerarkija tal-club għat-tieni darba biex jiddiskuti estensjoni tal-kuntratt.

Il-ftehim kurrenti ta’ Fati fadallu inqas minn 12-il xahar, għalkemm iż-żewġ naħat huma kunfidenti li t-termini jistgħu jiġu miftiehma malajr għall-player li huwa meqjus mill-ġganti Spanjoli bħala mexxej potenzjali fil-futur.

Iż-żagħżugħ Spanjol, li ngħata l-flokk ikoniku numru 10 wara t-tluq ta’ Lionel Messi, kellu staġun 2020-21 milqut minn injuries u l-aħħar dehret għan-naħa ta’ Ronald Koeman waslu fil-bidu ta’ Novembru li għadda.

Fati xorta waħda skorja ħames goals u pprovda erba’ assists f’10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun li għadda, u lagħab ukoll erba’ darbiet għat-tim nazzjonali Spanjol.

Ekonomija

Sport