Wednesday, October 9, 2024

Ante Postecoglou jrid jiffirmaw lil Harry Maguire

Aqra wkoll

Hekk kif Tottenham Hotspurs ħabbru li Ante Postecoglou se jkun il-kowċ il-ġdid tagħhom, dlonk qed jaħdmu sabiex isaħħu t-tim tagħhom.

Rapporti minn Londra qed jgħidu li Harry Maguire jaf ikun l-ewwel akkwist tal-era Postecoglou. Dan tal-aħħar hu difensur ta’ Manchester United li minkejja kollox hu rinomat għall-iżbalji difensivi li jagħmel. Dan l-aħħar il-kowċ Erik Ten Haag ftit kien qed jużah u għalhekk hu jinsab għall-bejgħ.

Maguire hu lest li jiċċaqlaq għat-Tottenham Hotspurs Stadium fit-tentattiv li jibda ħajja ġdida hemmhekk.

Sport