Saturday, November 23, 2024

Anthony Agius Decelis maħtur Ċermen mhux Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Aqra wkoll

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jħabbar il-ħatra ta’ Anthony Agius Decelis bħala Ċermen mhux Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Is-Sur Agius Decelis wettaq ħidma fis-servizzi tas-saħħa għal aktar minn 20 sena u ġie elett fil-Parlament Malti għall-ewwel darba fl-2008. Matul l-aħħar snin kellu diversi rwoli differenti li tawh l-opportunità jiddjaloga ma’ diversi setturi, għaqdiet u nies differenti. Fl-2017 inħatar bħala Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir twettaq ħafna proġetti differenti li jinkludu r-restawr u r-riġenerazzjoni ta’ assi kulturali u nazzjonali, il-ħolqien u r-rinnovazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali u ħidma fuq faċilitajiet oħrajn, b’mod partikolari fl-inħawi tal-Port il-Kbir.

Sport