Anthony Asquith hu r-raġel li tilef ħajtu traġikament ilbieraħ fl-inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Fuq il-midja soċjali nkitbu diversi post biex ifakkar lill-vittma.
Aktar kmieni: Identifikat ir-raġel li tilef ħajtu fl-inċident tat-traffiku fin-Naxxar
Ir-raġel li lbieraħ għall-ħabta tas-6.00pm tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar, ġie dentifikat bħala Ingliż ta’ 52 sena residenti f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-Ingliż tilef il-kontroll tal-Ford Ka li kien qed isuq, baqa’ dieħel f’parapett ta’ residenza u nqaleb.
Dwar dan l-inċident il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonniċi LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Ir-raġel li tilef ħaјtu baqa’ dieħel ġo parapett bil-konsegwenza li l-vettura inqalbet
Dan is-sit mar fuq il-post tal-inċident u minn informazzјoni illi kiseb јirriżulta li r-raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’parapett.
Konsegwenza t’hekk il-vettura spiċċat inqalbet. Fuq il-post isseјħu membri tal-Protezzјoni Ċivili sabiex јoħorġu lir-raġel mill-karozza li kien qed isuq tal-għamla Ford Ka.
Minkeјјa dan, il-vittma kien iċċertifikat meјјet fuq il-post.
Raġel jitlef ħajtu wara inċident fin-Naxxar
Minn informazzjoni ligħadu kemm kiseb dan is-sit jirirzulta li raġel tilef ħajtu wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00 p.m, fi Triq il-Katakombi limiti tan-Naxxar meta għal xi raġuni r-raġel tilef kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li nqaleb bil-karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna fejn sfortunatament hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.