Friday, December 13, 2024

Anthony Elanga jintlaqat minn munita fir-rebħa ta’ 4-2 ta’ Manchester United fuq Leeds United

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Anthony Elanga, ntlaqat minn munita fir-rebħa ta’ 4-2 tar-Red Devils fuq Leeds United nhar il-Ħadd.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena beda l-partita minn fuq il-bank f’Elland Road għall-partita tal-Premier League iżda ħa post Jesse Lingard fis-67 minuta qabel intlaqat minn munita.

Wara li s-sostitut sieħbu Fred reġa’ poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ, it-team immexxi minn Ralf Rangnick ipproċeda biex jiċċelebra quddiem il-partitarji ta’ Leeds, b’Elanga jidher jaqa’ mal-art wara li l-munita ġiet mitfugħa fid-direzzjoni tiegħu.

Il-player Żvediż bilkemm kien ilu fil-ground tliet minuti qabel dan l-episodju, iżda kompla jilgħab wara li rċieva l-attenzjoni medika u issiġilla r-rebħa għar-Red Devils permezz tar-raba’ goal fid-89 minuta.

Elanga ipproċeda biex poġġa subgħajh ma’ xufftejh waqt li kien qed jiċċelebra quddiem il-partitarji ta’ Leeds United, u l-manager temporanju Ralf Rangnick irrapporta li Leeds qed iwettqu investigazzjoni interna dwar l-inċident.

Il-goal ta’ Elanga f’Elland Road kien it-tieni wieħed tiegħu fil-Premier League matul dan l-istaġun hekk kif ir-Red Devils jibqgħu mal-ewwel erbgħa tal-klassifika tal-Premier League.

Ekonomija

Sport