L-ex attakkant ta’ Manchester United, Anthony Martial, żvela li kemm Juventus kif ukoll Barcelona kienu fit-taqtiegħa biex jiffirmawh matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 26 sena tħabat għal azzjoni regolari f’Old Trafford fl-ewwel nofs tal-istaġun 2021-22 u ngħaqad ma’ Sevilla b’self fl-aħħar stadji tas-suq tax-xitwa.
Martial qal li Juventus u Barcelona t-tnejn għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu rigward trasferiment ta’ nofs l-istaġun, iżda l-internazzjonali Franċiż kien interessat biss li jagħmel iċ-ċaqliq għal Estadio Ramon.
“Huwa veru. Juventus ippruvaw jiffirmawni. Jien kont qed nitkellem mal-aġent tiegħi u għedtlu li jien nippreferi ningħaqad ma’ Sevilla. Kienet l-aħjar għażla għalija u għall-familja tiegħi. Barcelona wkoll tkellmu mal-aġent tiegħi, iżda kif diġá għedt, jien tkellimt mal-aġent tiegħi u għidtlu li: “Il-prijorità tiegħi kienet Sevilla. “U meta ngħid xi ħaġa lil xi ħadd, ma nbiddilhiex. Inżomm kelmti,” qal Martial.
“Għandi inqas salarju, imma naf ukoll li nħallas is-salarju tiegħi huwa sforz għall-club. Għalhekk it-tnejn għamilna sforz, imma naf li dan l-isforz se jkun tajjeb għaż-żewġ partijiet.”
“Bħalissa, jien qiegħed hawn biss għal erba’ xhur. Għandi kuntratt ma’ Manchester United sal-2024, imma kif għidt qabel, fil-futbol, qatt ma tista’ tgħid x’se jkun se jiġri!
Martial iddebutta ma’ Sevilla kontra Osasuna fil-5 ta’ Frar, fejn lagħab 77 minuta fid-draw ta’ mingħajr goals tagħhom fl-ogħla diviżjoni ta’ Spanja.