Il-UEFA stiednet lir-referee Ingliż Anthony Taylor flimkien mal-familja tiegħu sabiex jattendi għall-finali tal-UEFA Champions League bejn Inter u Manchester City.
Kien il-president tal-UEFA Alexander Ceferin li xtaq dan kollu wara t-trattament xejn sabiħ li għadda minnu Taylor fil-finali tal-UEFA Europa League bejn Roma u Seville li dawn tal-aħħar rebħu 4-1 wara l-għoti tal-penalties.
Fil-fatt apparti li l-kowċ Jose Mourinho kellu kliem iebes kontra Taylor, dan tal-aħħar ġie attakkat minn xi partitarji ta’ Roma f’Budapest.
Ceferin kellu kliem ta’ solidarjeta’ lejn Taylor li qal li hu kien qed jagħmel xogħlu.