Wednesday, November 13, 2024

Antoine Du Bourg fi klassi għalih fil-Premier

Aqra wkoll

L-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet waħda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ mil jew 1640m. Din għamlet parti mill-35 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Din it-tiġrija Premier intrebħet mill-favorit Antoine Du Bourg misjuq mis-solitu Redent Magro. 

Tnax-il żiemel ġrew fit-tiġrija Premier. Cristal Pierji (George Attard) kienet l-aktar waħda b’saħħitha wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetħet vantaġġ żgħir minn Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) u Vencedor (Rodney Gatt). Il-kwotat Antoine Du Bourg beda jattakka fuq in-naħħa ta’ barra 500m mit-tmiem u mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex ħa t-tieni rebħa nfila u l-ħames waħda ta’ sena minn żiemel li ġej mill-istess stalel ta’ Peter Agius, Dunbar (Cliferty Calleja). Vencedor (Rodney Gatt) temm it-tielet minn Cristal Pierji.  

Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq tas-serata bi tliet rebiet. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Duck De L’Isop (C. Refalo) Ħin – 2.01.4” (1.14”) 2. Oro Doc (M. Ellul) 3. Good Buz (K. Galea) 4. Very Good Touchois (N. Baldacchino)  

II Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Skogans Lotten (J. Vella) Ħin – 2.00.9” (1.13.7”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Fast Cash S.F. (R. Magro) 4. Athos De La Crou (R. Gatt) 

III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Borib Du Randou (D. Hili) Ħin – 2.00.9” (1.13.7”) 2. Dreamsam d’Oscar (O. Cauchi) 3. Echo Sellois (P. Galea) 4. Galaxie d’Azur (N. Baldacchino) 

IV Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 1640m. 1. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Evident Charm (P. Galea) 3. Ceravin For Ever (K. Azzopardi) 4. Deal Des Marceaux (R. Magro)  

V Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 1640m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Ħin – 2.01.5” (1.14”) 2. Diva Du Padoueng (M. Debono) 3. Fils Du Soir (J. C. Pace) 4. Doora (Cherise Farrugia) 

VI Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 1640m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Foppa Sisu (P. Galea) 3. Fiston d’Haufor (J. C. Pace) 4. Elegant Frost (N. Baldacchino) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Antoine Du Bourg (P. Agius) Ħin – 1.58.5” (1.12.3”) 2. Dunbar (C. Calleja) 3. Vencedor (R. Gatt) 4. Cristal Pierji (G. Attard) 

VIII Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Dieu d’Occagnes (C. Camilleri) Ħin – 2.01.9” (1.14.3”) 2. Black Sky (J. C. Pace) 3. Dimitrius (P. Galea) 4. Big Fox (N. Baldacchino) 

IX Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 2.00.6” (1.13.5”) 2. Gosse Fredano (N. Barbara) 3. Denver Haufor (J. Gafa’) 4. Wise Wind (R. Gatt) 

Ekonomija

Sport