Hekk kif l-attakkant internazzjonali Portugiż Rafael Leao għadu ma ġeddidx ma’ AC Milan, qed jissemmew xi ismijiet li jistgħu jieħdu post l-iskorer prolifiku żagħżugħ jekk ikun hemm xi forma ta’ trasferiment.
Fil-fatt i Rossoneri qed iħarsu lejn isem Antoni Nusa li jilgħab ma’ Club Brugge fil-Belġju. Dan il-plejer hu magħruf bħal in-Neymar tan-Norveġja u għandu biss 17-il sena. Minkejja kollox, hu diġa’ lagħab 10 logħbiet mat-tim tal-kbar tal-klabb Belġjan u kellu ċ-ċans jiċċelebra l-ewwel gowl tiegħu proprju fil-UEFA Champions League kontra FC Porto.
Milan se jkomplu bil-politika tagħhom li jsibu żgħażagħ li ftit jew xejn jiswew flus u li aktar tard isiru plejers importanti mat-timijiet ikkonċernati.