L-ex attakkant ta’ Sampdoria, Roma u Real Madrid Antonio Cassano issuġġerixxa lil Cristiano Ronaldo sabiex jieqaf jilgħab u jdendel iż-żarbun darba għal dejjem.
“F’dawn l-aħħar snin, Ronaldo m’għadux l-istess, naqqas ħafna, lanqas biss qed jilgħab b’mod regolari ma’ Manchester United u anke mat-team nazzjonali qed ibati ħafna biex jimponi l-logħob tipiku tiegħu.”
Cassano qal li Ronaldo żmienu għamlu, rebaħ ħafna trofej iżda issa wasal iż-żmien li jirtira.