Il-kowċ ta’ Napoli, Antonio Conte, għamel speċi ta’ ultimatum lill-president Aurelio de Laurentis sabiex jakkwistalu lill-attakkant internazzjonali Belġjan Romelu Lukaku. Dan tal-aħħar jixtieq ħafna jingħaqad mal-eks kowċ tiegħu u tah il-kelma li jrid jilgħab magħhom.
Minkejja kollox jonqos li jkun hemm ftehim ċar bejn Napoli u l-klabb tiegħu Chelsea fuq somma ta’ flus.
Lukaku għandu 31 sena u f’dawn l-aħħar żewġ staġuni hu kien misluf lil Inter u Roma.