Il-manager Antonio Conte ħalla lil Tottenham Hotspur bi qbil reċiproku wara 16-il xahar fit-tmexxija.
Din ir-riżenja waslet wara kritika qawwija fid-draw ta’ 3-3 kontra Southampton hekk kif Spurs tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals meta kienu qed jirbġu bl-iskor ta’ 3-1.
Conte sejjaħ lill-players bħala “egoisti” u kkritika l-kultura tal-club f’konferenza tal-aħbarijiet wara din l-imsemmija partita.
Tottenham jinsabu fir-raba’ tal-Premier League Ingliż iżda jinsabu barra mill-kompetizzjonijiet kollha.
L-assistent ta’ Conte, Cristian Stellini, mistenni li jmexxi lit-team għall-kumplament tal-istaġun bl-eks midfielder, Ryan Mason, ikun id-deputat tiegħu.
“Fdalna 10 logħbiet tal-Premier League u qed nisfidaw biex niksbu post fil-UEFA Champions League,” qal iċ-chairman Daniel Levy.
Sadanittant, rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li Spurs jistgħu jingaġġaw lill-coach Julian Nagelsmann li għadu kif ġie mkeċċi minn Bayern Munich.