Sunday, December 22, 2024

Antonio Conte jirrifjuta l-opportunità li jsir manager ta’ Newcastle United

Aqra wkoll

L-ex coach ta’ Chelsea u Inter Antonio Conte mistenni jirrifjuta l-opportunità li jsir manager ta’ Newcastle United wara t-teħid tal-Magpies minn konsorzju mill-Arabja Sawdita.

Wara li konsorzju appoġġjat mill-Arabja Sawdija temm l-esperjenza ta’ 14-il sena ta’ Mike Ashley fit-tmun tal-club minn St James’ Park, is-sidien il-ġodda ta’ Newcastle jisder li qed ifittxu alternattivi għal Steve Bruce bħala manager fix-xhur li ġejjin.

Conte ilu barra mill-football minn meta telaq lil Inter fi tmiem l-istaġun li għadda li għadda, u t-Taljan kien oriġinarjament irrappurtat bħala l-favorit li jieħu f’idejh lil Newscatle United.

Madankollu, huwa mifhum li Conte se jkun qed jiċħad iċ-ċans li jieħu l-kariga jekk ix-xogħol isir disponibbli, bil-coach ta’ 52 sena ħerqan li l-club li jmiss tiegħu diġà jkun ta’ sfida għall-unuri.

Conte mhuwiex interessat li jingħaqad mal-proġett fit-tul fi Newcastle, iżda l-ħsieb tiegħu jista’ jinbidel jekk l-ambizzjonijiet tal-unuri tal-Magpies iseħħu fis-snin li ġejjin.

Conte rebaħ il-Premier League, l-FA Cup u erba’ titli tas-Serie A matul il-karriera maniġerjali tiegħu, filwaqt li Steven Gerrard u Frank Lampard ġew ukoll marbuta li jistegħu jieħdu t-tmexxija ta’ Newcastle.

Ekonomija

Sport