Antonio Conte ammetta li jixtieq jerġa’ jikkowċja lil Christian Eriksen hekk kif it-tim tiegħu ta’ Tottenham Hotspur qed jipprepara biex jiffaċċja lil Manchester United fil-Premier League nhar l-Erbgħa filgħaxija.
Eriksen, ta’ 30 sena, ħadem taħt Conte matul iż-żmien tiegħu mal-ġganti tas-Serie A, Inter, qabel ma sofra attack tal-qalb waqt impenn internazzjonali mad-Danimarka fil-Euro 2020.
Il-playmaker rkupra b’mod deskritt bħala mirakoluż iżda l-kuntratt tiegħu ġie tterminat minn Inter f’Diċembru 2021, u ddeċieda li jingħaqad ma’ Brentford bi ftehim għal żmien qasir għat-tieni nofs tal-istaġun li għadda.