Saturday, September 14, 2024

Antonio Conte … l-aqwa coach tal-istaġun 2020-21

Aqra wkoll

Antonio Conte irċieva l-premju AIC għall-Aqwa Coach tal-istaġun 2020-21 wara l-kampanja tar-rebħ tat-titlu ma’ Inter.

In-Nerazzurri rebħu l-ewwel Scudetto tagħhom f’10 snin fl-istaġun li għadda wara li spiċċaw fil-quċċata tal-klassifika b’91 punt, bi 28 rebħa minn 38 ħarġa tal-kampjonat. Huma spiċċaw 12-il punt fuq it-team fit-tieni post, Milan, u kien mument importanti fil-football Taljan modern, li fl-aħħar kissru d-diċenju ta’ dominanza domestika ta’ Juventus.

Waqt li kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram, Conte ddiskuta l-unur assoċjat mal-premju u l-kuntentizza tiegħu li rċevih.

“Onorat li rċevejt il-premju AIC għall- aħjar coach tal-istaġun 2020/2021. Grazzi speċjali lill-players, coaches u referees li vvutaw­li.

“Dan il-premju jirrappreżenta l-inkurunament ta’ sena importanti mimlija emozzjonijiet li wasslitna biex nirbħu l-Iscudetto tal-kampjonat Taljan ma’ Inter.

Irrid naqsam dan il-premju mal-players, l-istaff u n-nies kollha li appoġġjawna biex nilħqu dan l-għan prestiġjuż. Grazzi!”

Conte nħatar coach ta’ Inter f’Mejju 2019, meta ħa l-post Luciano Spalletti. B’kollox huwa ssorvelja 102 partita, b’medja ta’ 2.11 punti kull partita. Telaq f’Mejju tas-sena l-oħra wara li l-club naqas milli jiggarantixxi li l-players stilel tiegħu jibqgħu.

Il-coach Taljan ħa f’idejh lil Tottenham f’Novembru tas-sena l-oħra u huwa kkuntrattat mal-club tat-Tramuntana ta’ Londra sa Ġunju 2023.

Ma kienx sempliċi għal Conte, iżda huwa ċar li għandu ambizzjonijiet ta’ rebbieħ, li jagħmel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej mument ewlieni fil-karriera tiegħu mat-team ta’ Londra.

Ekonomija

Sport