Il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte, għadu mħasseb dwar il-futur ta’ Hugo Lloris fit-Tramuntana ta’ Londra.
Il-captain rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 ma’ Franza qed joqrob lejn l-10 sena tiegħu bħala n-numru wieħed tal-club, iżda dalwaqt se jidħol fl-aħħar sitt xhur tal-ftehim tiegħu mal-Lilywhites.
Spurs huma suppost kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jorbtu lil Lloris bi ftehim ġdid, għalkemm Sam Johnstone u Jordan Pickford issemmew bħala suċċessuri potenzjali.
Conte baqa’ skjett fuq il-futur tal-player ta’ 35 sena, u qal lill-ġurnalisti: “Hugo huwa l-captain tagħna, huwa player li lagħab ma’ Tottenham għal ħafna snin u lkoll kuntenti li għandna lilu fit-team tagħna, fl-iskwadra u fid-dressing room.
“Żgur li hu punt ta’ referenza għall-players l-oħra u Hugo jaf tajjeb ħafna x’naħseb dwaru u x’jaħseb dwaru l-club. Issa naraw imma naħseb li Hugo qatt ma jkun problema għal Tottenham.”
Il-clean sheet ta’ Lloris fir-rebħa tal-Boxing Day kontra Crystal Palace kienet il-133 waħda tiegħu minn 391 logħba ma’ Tottenham, għalkemm ma rebaħx unur wieħed mal-club matul id-disa’ snin tiegħu fit-Tramuntana ta’ Londra.