Monday, December 23, 2024

Antonio Conte minflok Stefano Pioli fit-tmexxija tat-team ta’ Milan?

Aqra wkoll

Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li Milan qed jikkunsidraw lill-coach Antonio Conte biex jieħu post Stefano Pioli. 

Il-pressjoni fuq Pioli kompliet tikber wara d-draw diżappuntanti ta’ 2-2 tal-Ġimgħa kontra t-team tal-qiegħ tal-klassifika, Salernitana, bil-goal li salvalhom ir-riżultat jasal fil-ħin miżjud minn Luka Jovic. 

Wara li ġew eliminati wkoll fil-Fażi tal-Gruppi taċ-Champions League, il-fatt li r-Rossoneri jtemmu l-kampjonat mal-ewwel erbgħa, issa saret prijoritá.

Mhux mistenni li jkun hemm xi taqlib immedjat hekk kif Pioli għalissa se jibqa’ fit-tmexxija tat-team. 

Madankollu, jekk ir-riżultati jibqgħu ma jiġux u t-team jiddistanzja lilu nnifsu mill-ewwel erba’ postijiet, Pioli jiġi mkeċċi minnufih. 

Iżda, hemm antiċipazzjoni li Conte jista’ jitlob salarju qawwiu x’aktarx jitlob xi ffirmar immedjat u potenzjalment għali, iżda jkun mistenni wkoll li jirranġa l-kwistjonijiet u l-problemi ta‘ Milan dwar l-intensità u r-reżistenza difensiva.

Isem ieħor, u aktarx għażla ferm irħas, li ġie ssuġġerit huwa l-ex-difensur u l-coach attwali tal-Primavera. Ignazio Abate, li qed jimpressjona fir-rwol tiegħu mat-team ta’ Taħt id-19-il sena. 

Ekonomija

Sport