Antonio Conte jinsab Londra fejn mistenni jiffirma kuntratt ma’ Tottenham sa Ġunju tal-2023.
Il-coach Taljan aċċetta li jieħu r-responsabbiltá tat-team mit-tramuntana ta’ Londra wara li t-Tlieta filgħodu tkeċċa Nuno Espirito Santo.
Huwa kien irrifjuta li jingħaqad ma’ Spurs fis-sajf li għadda, iżda issa kien konvint mill-istrateġija tat-trasferiment tagħhom għat-tieqa ta’ Jannar.
Spurs qed jippjanaw li jinvestu bil-kbir meta s-suq jerġa’ jinfetaħ fil-bidu tas-sena l-ġdida u għalhekk Conte huwa ħerqan li jibda jaħdem f’dan il-club.