L-MFA ħabbret il-ħatra ta’ Antonio Jose Cardoso Mendes, bħala l-Coach tat-Team Nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, b’effett immedjat.
Bjorn Vassallo, ġresident tal-Malta FA, qal li: “Meta Andrea Tedesco iddeċieda li jwarrab mill-irwol, l-Assoċjazzjoni bdiet tfittex is-sostitut tiegħu. Wara lista qasira ta’ coaches magħżula, id-deċiżjoni kienet li noffru r-rwol lis-Sur Mendes peress li nemmnu li huwa l-kandidat ideali li jġib miegħu esperjenza vasta wara li ħadem għal numru ta’ snin fis-settur tal-football tal-youths fil-Portugall – art twelidu iżda kontinent Asjatiku.
Is-Sur Mendes, anke permezz tar-rwol preċedenti tiegħu f’Malta, wera li jista’ jallinja mal-filosofija tal-football taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA bbażata fuq l-iżvilupp tal-players żgħażagħ.”
“Filwaqt li nawguraw lil Antonio Jose esperjenza siewja, nirringrazzjaw lil Andrea Tedesco tal-ħidma tiegħu fl-Assoċjazzjoni u wkoll lil Alessandro Zinnari li aġixxa bħala coach temporanju tat-team nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena dawn l-aħħar xhur u issa jirritorna għall-impenn sħiħ tiegħu bħala Koordinatur Tekniku tat-Timijiet Nazzjonali tal-Youths.”
Fil-preżentazzjoni f’Ta’ Qali il-coach Mendes qal li, “Huwa unur kbir li nħtart coach ta’ Malta U19. Wara l-ewwel esperjenza tiegħi fil-football Malti ma’ Valletta FC, ninsab eċċitat ħafna bl-isfida li ġejja u determinat li nwettaq l-għanijiet kif ippreżentat lili mill-Head Coach, is-Sur Devis Mangia.”
Il-Portugiż ta’ 43 sena kien il-coach ta’ Valletta FC sa Frar 2022. Qabel kien coach ta’ Al Wehda FC kif ukoll ta’ Al Nassr fis-setturi taż-żgħażagħ u kellu perjodu itwal ma’ Vitória de Guimarães SC bħala Head Coach ta’ taħt it-23, id-19 u s-17-il sena. Matul l-istaġun 2013/14 huwa rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Portugiż ta’ taħt is-17-il sena mal-club.