Saturday, December 21, 2024

Antonio Rudiger f’diskussjonijiet ma’ Man City u Tottenham Hotspur

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, jinsab f’diskussjonijiet ma’ żewġ clubs tal-Premier League dwar trasferiment potenzjali s-sena d-dieħla.

L-internazzjonali Ġermaniż għadu ma ffirmax ftehim ġdid fi Stamford Bridge, u t-termini eżistenti tiegħu mal-holders taċ-Champions League għandhom jiskadu f’Ġunju li ġej.

Rudiger huwa ħerqan li jibqa’ mal-Blues, iżda ftehim bejn iż-żewġ partijiet għadu ‘l bogħod milli jintlaħaq.

Il-player ta’ 28 sena bħalissa jinsab f’taħditiet ma’ Manchester City u Tottenham Hotspur dwar trasferiement  potenzjali bi free transfer.

Madankollu, Juventus u Paris Saint-Germain huma wkoll sodi fit-taqtiegħa għall-akkwist tal-Ġermaniż, filwaqt li Bayern Munich ukoll għadhom jiġu kkreditati b’interess.

Rudiger reġa’ kien player importanti għat-team ta’ Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja goal u pprovda assist wieħed.

Ekonomija

Sport