L-aġenti tad-difensur ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, jinsabu f”kuntatt kostanti’ ma’ Real Madrid u Paris Saint-Germain qabel il-possibbiltà ta’ ċaqliq fis-sajf.
It-tentattivi biex jorbtu lill-internazzjonali Ġermaniż b’ kuntratt ġdid fi Stamford Bridge għad iridu jagħtu l-frott, u kif inhuma l-affarijiet hu se jkun liberu li jitlaq fis-sajf.
Real Madrid u PSG kienu l-aktar żewġ clubs marbutin b’mod qawwi ma’ offerta għal Rudiger, għalkemm Manchester United ukoll qed jissemmew li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni.
Il-kamp ta’ Rudiger jibqa’ fi djalogu ‘kostanti’ ma’ PSG u Real Madrid, u l-player ta’ 28 sena bħalissa mhux f’diskussjoni ma’ Chelsea dwar kuntratt ġdid.
Huwa mifhum li Rudiger mhux probabbli li jiddeċiedi l-pass li jmiss fil-karriera tiegħu qabel ma jintemm l-istaġun, iżda se jħares lejn ftehim li jkun qed jagħmlu l-ogħla difensur imħallas fil-Premier League biex jibqa’ ma’ Chelsea.
Rudiger skorja tliet goals u pprovda erba’ assists minn 37 dehra bil-flokk ta’ Chelsea dan l-istaġun u beda 24 partita tal-Premier League bħala wieħed mill-players integrali tal-manager tal-Blues, Thomas Tuchel.