It-trasferiment propost ta’ Antonio Rudiger ma’ Real Madrid jista’ jiswa lill-ġganti Spanjoli madwar €59m.
Thomas Tuchel żvela fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet li d-difensur ċentrali ta’ 29 sena se jkun qed iħalli lil Chelsea meta jiskadielu l-kuntratt dan is-sajf.
Real Madrid issa huwa mifhum li laħqu ftehim mar-rappreżentanti ta’ Rudiger biex f’Lulju d-difensur imur jilgħab fis-Santiago Bernabeu bħala free agent.
Anke jekk ma jkun hemm ebda ħlas ta’ trasferiment involut fil-ftehim, jidher li l-ftehim biex jiġi akkwistat lill-player internazzjonali Ġermaniż jista’ jiswihom madwar €59m.
Is-salarju u l-bonuses ta’ Rudiger se jkunu jiswew madwar €11-il miljun fis-sena fuq kuntratt ta’ erba’ snin, u €15-il miljun żejda se jintefqu f’bonuses.
Rudiger, li rritorna mat-team ta’ Chelsea nhar il-Ħamis fid-draw ta’ 1-1 barra minn darhom kontra Manchester United, għamel 197 dehra mal-Blues fil-kompetizzjonijiet kollha u rebaħ ħames unuri maġġuri.