Friday, December 13, 2024

Antonio Rudiger jitkellem dwar il-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Antonio Rudiger sostna li Chelsea għandhom deċiżjonijiet x’jieħdu dwar is-sitwazzjoni tal-kuntratt li għaddej minnha bħalissa.

Id-difensur issa fadallu biss erba’ xhur u nofs fil-kuntratt eżistenti tiegħu, u jżid iċ-ċansijiet ta’ ħruġ bi free transfer fis-sajf.

Madankollu, meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, l-internazzjonali Ġermaniż qal li għadu kuntent fi Stamford Bridge, u saħaq li l-uffiċjali tal-club u r-rappreżentanti tiegħu huma responsabbli biex jissodisfaw it-talbiet kuntrattwali tiegħu.

Il-player ta’ 28 sena qal li: “Inħossni kuntent hawn, dejjem għidt hekk. Naħseb li l-mod kif nilgħab nuru li jien kuntent hawn. Imma wasal iż-żmien li Chels jieħdu d-deċiżjonijiet fil-konfront tiegħi.”

Huwa mifhum li Rudiger huwa wieħed mill-inqas players li għandu salarju għoli fl-iskwadra tal-ewwel team ta’ Thomas Tuchel, xi ħaġa li jingħad li trid tinbidel għall-aħjar jekk huwa jagħżel li jibqa’ maċ-champions tad-dinja.

Real Madrid, Paris Saint-Germain u Bayern Munich huma fost il-clubs li qed isegwu s-sitwazzjoni tiegħu mill-qrib.

Ekonomija

Sport