Saturday, December 21, 2024

Antonio Rudiger “kuntent” ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Antonio Rudiger qal li jinsab “kuntent” ma’ Chelsea fost spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fil-club.

Il-kuntratt tad-difensur fi Stamford Bridge jispiċċa fi tmiem l-istaġun, li jfisser li se jkun liberu li jinnegozja pre-kuntratt ma’ clubs barranin f’Jannar.

Bayern Munich u Real Madrid it-tnejn ġew marbuta mal-firma ta’ Rudiger, filwaqt li kien hemm ukoll interess fil-Premier League minn Manchester City u Tottenham Hotspur.

L-internazzjonali Ġermaniż qal: “L-iktar ħaġa importanti hija li nħossni kuntent hawn ma’ Chelsea. Naħseb li jekk in-nies iħarsu lejja, ​​jistgħu jaraw li jien kuntent.”

Rudiger ikkonferma wkoll li kienu għaddejjin diskussjonijiet dwar ftehim ġdid ma’ Chelsea, u żied: “Dwar is-sitwazzjoni tal-kuntratt, nitkellem mal-club.”

“Kien hemm diskussjonijiet bejn id-direttur tal-club Marina Granovskaia u l-aġent tiegħi. Għandna s-sitwazzjoni fejn ninsabu bħalissa u m’għandha x’taqsam xejn mal-ispekulazzjoni kollha.”

“Dan mhux f’moħħi. Jien iffukat fuq dak li qed nagħmel għax hu għalhekk li nqum kull filgħodu.”

Il-player ta’ 28 sena tilef logħba waħda biss tal-Premier League s’issa dan l-istaġun, bil-Blues bħalissa qegħdin fil-quċċata tal-klassifika.

Ekonomija

Sport