Saturday, December 21, 2024

Antonio Rudiger segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid qed iħejju biex joffru lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, kuntratt ta’ qligħ biex dan is-sajf imur jilgħab fil-Bernabeu bi free transfer.

Il-player ta’ 29 sena reġa’ kien player vitali għall-Blues dan l-istaġun, fejn għamel 46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja ħames goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.

Madankollu, il-ftehim eżistenti ta’ Rudiger fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u Chelsea bħalissa mhumiex f’pożizzjoni li jestendu l-kuntratt tiegħu minħabba s-sanzjonijiet imqiegħda fuq is-sid tal-club, Roman Abramovich.

Manchester United għadhom marbutin ħafna mal-internazzjonali Ġermaniż, filwaqt li Tottenham Hotspur, Juventus, Barcelona u Paris Saint-Germain ukoll ġew ikkreditati b’interess fil-player Ġermaniż.

Huwa mifhum li Real Madrid qegħdin ukoll fit-tellieqa għal Rudiger, bil-Los Blancos qed jippreparaw biex joffrulu kuntratt ta’ tliet snin li jiswa €10m kull staġun biex imur jilgħab fil-kapitali Spanjola.

Jidher li t-team immexxi minn Carlo Ancelotti kien impressjonat bil-wirjiet tad-difensur ċentrali kontrihom fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League u issa huma determinati li jiffirmawh.

Intant, ġie rrapurtat li Rudiger ġie offrut ukoll kuntratt sostanzjali minn Manchester United.

Ekonomija

Sport