L-attakkant ta’ Ajax, Antony, jinsab ħerqan li jsegwi lil Erik ten Hag ma’ Manchester United, dan is-sajf.
Ten Hag ġie kkonfermat bħala l-manager il-ġdid ta’ Man United nhar il-Ħamis, bl-Olandiż se jibda jaħdem mar-Red Devils fi tmiem l-istaġun 2021-22.
Antony rnexxa taħt it-tmexxija ta’ Ten Hag, u l-internazzjonali tal-Brażil huwa maħsub li ġie identifikat mir-Red Devils bħala mira ewlenija ta’ trasferiment fis-suq li ġej.
Huwa mifhum li ż-żagħżugħ ta’ 22 sena ‘jrid jagħmel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu’ u jinsab miftuħ għall-idea li jingħaqad mal-manager attwali tiegħu f’Old Trafford dan is-sajf.
Antony kien f’forma impressjonanti għall-club Olandiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 12-il goal u pprovda 10 assists fi 33 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-player mill-Amerika t’Isfel għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu f’Amsterdam, iżda l-ġganti Olandiżi x’aktarx ma jirrifjutawx offerta għolja għalih matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Antony primarjament lagħab bħala attakkant lemini għal Ajax dan l-istaġun, li huwa dipartiment li Manchester United tħabtu biex jimlew matul dawn l-aħħar snin.