Sunday, December 22, 2024

Antony ikklerjat minn vjolenza domestika

Aqra wkoll

Skont rapporti fil-media, il-pulizija Brażiljana ma sabitx lill-winger internazzjonali ta’ Manchester United, Antony, ħati ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-eks ħabiba tiegħu.

Antony, 24 sena, kien akkużat minn  Gabriela Cavallin li sawwatha, aggredixxiha u heddidha, li wassal biex id-dipartiment tal-pulizija ta’ Sao Paulo imexxi investigazzjoni.

Madankollu, aktar minn sena wara li sar l-ilment, il-pulizija ma sabitx biżżejjed evidenza ta’ xi mġieba ħażina min-naħa ta’ Antony u bil-konsegwenza li kkonkludew l-investigazzjoni tagħhom.

Cavallin, li taħdem bħala DJ, għamlet it-talbiet tagħha pubbliċi f’Mejju 2023 u marret fuq l-istazzjon Brażiljan TV Record biex tallega li hija sofriet l-ewwel abbuż minn Antony is-sena ta’ qabel.

‘Xeħet l-ilma fuqi, beda jagħtini bis-sieq, qabadni minn xagħri, tani daqqa b’rasu u ħariġli d-demm.

“Żammli jdejja, tefagħni fuq is-sodda u tela’ fuqi. F’dak il-mument bdejt naqta’ nifsi u baqa’ jżommni, tant, li bżajt li kont se nifga,” qalet Cavallin.

Barra minn hekk, hija sostniet li Antony għamilha priġuniera fid-dar tagħha stess u ma ħallihiex toħroġ fejn kissrilha l-bagalja u żammilha l-passaport. 

“Kont priġuniera mill-10.00 pm sat-3.30 am. Induna li kont qed nirrekordjah u qal­li li ma kienx se jħallini nitlaq qabel ma nħassar l-evidenza kollha, temmet tgħid Cavallin. 

Ekonomija

Sport