Sitwazzjoni oħra kkumplikata għal Manchester United fejn wara dik ta’ Mason Greenwood li kien akkużat bi stupru, issa kien imiss lill-plejer Brażiljan tagħhom Anthony li jiġi iffaċċjat bl-istess akkużi. Fil-fatt l-eks sieħba tiegħu u xi nisa oħra irrappurtaw li wettaq xi avvanzi sesswali fuqhom..
Hekk kif Anthony qed jiċħad dan kollu, ir-Red Devils ġew akkużati li kienu jafu b’dawn il-fatti u ħbew dak li kien għaddej.
Fi stqarrija, Manchester United qalu li Antony ngħata permess mill-klabb sabiex jibqa’ ftit żmien ieħor fil-Brażil sabiex jirribatti xi akkużi. Il-klabb magħruf bħala r-Red Devils qal li ma jittollera episodji bħal dawn.